‘‘Għawdex għandu jkollu pakkett ta’ proposti diretti u specifici għalih”
Dan hareg minn waħda mid-diversi laqghat li qed ikollu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq pjattaforma digitali…bil-laqgha tal-Erbgha tati vuci lil diversi sidien ta’ ristoranti u negozji f’Għawdex, u lill membri tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija.
F’din il-laqgħa, li fiha ha sehem ukoll il-Kelliem għal Għawdex Chris Said, il-Partit Nazzjonalista sema’ kif diversi setturi qed jiġu milquta mill-pandemija.
Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jrid li jkun qrib in-negozji sabiex jifhem l-isfidi u l-ħtiġijiet tagħhom. Dan bil-ghan li l-Partit Nazzjonalista joħroġ bi proposti għall-bżonnijiet tagħhom.
Adrian Delia qal ukoll ill aktar minn qatt qabel, jidher li dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista qed ikollu effett fid-deċizjonijiet li qed jieħu il-Gvern.
Matul din il-laqgħa, kienu borta dawk li semmew diversi punti u proposti li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Gvern f’dan iz-zmien ta’ sfida.
Dawn jinkludu proposti dwar…
- L-imaxxijiet li n-negozji jridu jħallsu lill-banek,
- L-ammont ta’ VAT mhux miġbur,
- Ix-xewqa li l-VAT tonqos
- Ghandhom jigu stabbiliti moratorji fuq ħlasijiet
- Għandha tingħata għajnuna valida u tajba għall-pagi,
- Is-servizzi tal-Gvern għandhom jinghataw onlajn…. anke wara li tgħaddi din il-Pandemija, filwaqt li issemma’ wkoll il-bzonn ta’ ghajnuna anke mill-UE.
Ripetutament waqt din il-laqgħa ġie diskuss il-fatt li Għawdex għandu jkollu pakkett għalih. Dan għaliex il-bżonnijiet f’Għawdex b’rabta man-negozji, m’humiex l-istess bżonnijiet ta’ Malta. Filfatt…f’Ghawdex, nofs il-Prodott Gross Domestiku jiddependi direttament mit-turizmu.
Is-sidien tan-negozji urew il-biża li n-negozji ser idumu ma jiġu lura fuq saqajhom minħabba li n-nies… la tgħaddi din il-pandemija…. l-ewwel li ser jagħtu importanza lill-affarijiet essenzjali, u t-turiżmu probabbilment huwa l-aħħar settur li jerġa jieħu r-ruħ.
//= $special ?>