Atletika Coronavirus Sport

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-atletika posposti għas-sena 2022

(Ritratt: EPA)

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika ġew skedati għal bejn l-14 u l-24 ta’ Lulju tal-2022. L-edizzjoni li oriġinarjament kienet se ssir f’Oregon, kienet mistennija ssir f’Awwissu tas-sena d-dieħla iżda mxiet minħabba li kienet se taħbat mal-Olimpjadi ta’ Tokyo li ġew posposti għas-sena 2021.

Il-Logħob tal-Commonwealth għandhom jibdew fis-27 ta’ Lulju, tlett ijiem biss wara li l-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika jkunu spiċċaw. Il-Kunsill tal-World Athletics qal li ntlaħaq ftehim dwar id-data wara konsultazzjoni mal-organizzaturi ta’ Birmingham 2022 u se jagħmlu ċert li ma jkunx hemm kunflitt dirett bejn dawn l-avvenimenti maġġuri.

Il-President tal-World Athletics Sebastian Coe qal li l-iskeda l-ġdida ħolqot għażla kbira lill-atleti madwar id-dinja. Hu jemmen li nstabet soluzzjoni li se tħalli l-atleti li huma eliġibbli, biex jikkompetu fiż-żewġ avvenimenti.