Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jesprimi l-kondoljanzi lill-familja tal-vittma

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, b’mod personali u f’isem il-Partit Nazzjonalista, esprima n-niket tiegħu għall-aħbar tal-mewt marbuta mal-pandemija COVID-19. 

Il-Partit Nazzjonalista jestendi l-kondoljanzi sinċieri u profondi tiegħu lill-qraba ta’ din il-vittma. Aktar minn qatt qabel, irridu wkoll nesprimu l-akbar solidarjetà bejnietna bħala poplu wieħed u ntennu bla riżerva l-appell tagħna lill-poplu kollu li jsegwi d-direttivi u rakkomandazzjoni kollha li jsiru mill-awtoritajiet tas-saħħa.