Is-Senatur ta’ Vermont Bernie Sanders issospenda l-kampanja tiegħu biex jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti għan-nom tal-Partit Demokratiku fl-Oppożizzjoni.
L-iżvilupp iwitti t-triq għall-eks Viċi-President Amerikan, Joe Biden — il-favorit għal ġimgħat — biex jieħu hu in-nomina uffiċjali tal-partit u fejn mistenni jisfida lill-President Repubblikan, Donald Trump, għat-tmexxija ta’ pajjiżu.
Sanders li erba’ snin ilu kien falla fit-tentattiv għan-nomina tal-Partit Demokratiku fil-konfront ta’ Hillary Clinton, żvela d-deċiżjoni biex jissospendi l-kampanja waqt conference call, ftit tas-sigħat ilu.
//= $special ?>