Lokali

Kumpanija Maltija tagħti b’donazzjoni 4000 maskla lill-istituzzjonijiet tas-saħħa

Il -kumpanija Maltija High Rock LTD, kumpanija li tispeċjalizza fix-xiri ta prodotti laboratorji, ħasset il-bżonn li f’sitwazzjoni diffiċli bħal din tgħin lis-soċjeta, speċjalment dawk li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.

Il-kumpanija ordnat u għamlet donazzjoni ta’ elfejn maskla protettiva lill-Isptar Mater Dei, u elfejn oħra lil St. James Hospital. B’hekk, b’kollox inxtraw 4000 maskla u ingħataw bħala donazzjoni lil dawn l-istituzzjonijiet tas-saħħa.