Iċ-ċifra tal-mejtin mill-coronavirus fi Spanja żdiedet għat-tieni jum konsekuttiv – bis-757 vittmi ġodda jimmarkaw żieda fuq is-743 tat-Tlieta.
Filwaqt li ċ-ċifra hi anqas mid-950 mewta li kienu rappurtati (għal 24 siegħa) fit-2 ta’ April, ftit hemm dubju li dan il-pajjiż għadu fl-eqqel ta’ kriżi, minkejja xi sinjali inkoraġġanti.
L-infezzjonijiet fi Spanja anki telgħu bl-akbar numru (6,180) fi kważi erbat ijiem u għal qrib il-147,000. Intant, Spanja għandha aktar każi konfermati tal-Covid-19 minn kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Ewropa.
Id-direttur reġjonali għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Hans Kluge, qal li hemm is-sinjali li l-effetti tal-pandemija qegħdin jonqsu fi Spanja u l-Italja — iżda wissa wkoll li ‘il-progress tul il-kontinent irid jitqies bħala xejra li hi estremament fraġli’.
//= $special ?>