Lokali Turiżmu

Appell mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu biex tinstab soluzzjoni fuq it-tkeċċija tal-bdoti u l-ekwipaġġ tal-Air Malta

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu appellat għal soluzzjoni f’waqtha biex tkun solvuta it-tilwima li hemm bejn l-Air Malta u l-bdoti kif ukoll l-ekwipaġġ tagħha, li spiċċaw tkeċċew mill-impieg tagħhom.  

L-Assoċjazzjoni qalet fi stqarrija li il-partijiet kollha għandhom isibu s-soluzzjoni madwar mejda għall-ġid ta’ kulħadd, għax kulħadd bżonnjuż. Hija għamlet referenza għal żewġ komunikati għall-istampa li ħarġu l-Erbgħa mill-Air Malta u l-union l-ALPA rigward it-tkeċċija ta’ numru bdoti u membri tal-ekwipaġġ mill-linja nazzjonali Maltija minħabba l-kriżi tal-Covid-19 crisis.

L-Assoċjazzjoni qalet li filwaqt li tifhem it-tħassib tal-Air Malta bl-għan tagħha huwa li ttaffi l-ispejjeż tal-operazzjoni, u d-drittijkiet tal-union li tiddeffendi lill-membri tagħha, hija qed tappella għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mhux mgħaġġla u prudenti.

Whilst fully understanding the concerns of Air Malta to mitigate operating costs, and the unions’ rights to defend its members, however the Gozo Tourism Association is calling for prudent and non-hasty decisions.

Kif ingħad mis-Segretarju Ġenerali tal-Organiżazzjoni Dinija għat-Turiżmu (UNWTO) “ il-pandemija tal-coronavirus dinija hija sfida li rridu niffaċċaw flimkien. Bir-rispons għandu jkun wieħed kalm, konsistenti u kollettiv”.

It-turiżmu se jerġa’ jirfes il-Gżejjer Maltin u kemm l-Air Malta u l-piloti flimkien mal-membri tal-ekwipaġġ għandhom rwol importanti x’jilgħabu wara li jgħaddi kollox. Il-linja nazzjonali tibqa’ l-linja ħajja tal-pajjiż fit-turiżmu. Bħalissa, mhuwiex il-waqt li wieħed joqgħod iwaħħal fl-ieħor.

Għaldaqstant, l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu qed tappella lil-Air Malta, l-ALPA u l-unions li qegħdin jirrappreżentawha biex it-talbiet tagħhom isiru madwar il-mejda fuq bażi sensittiva u raġunar loġiku.

F’dan il-perjodu ta’ sfida fi żminijiet diffiċli kulħadd jinsab f’keffa waħda, bl-assoċjazzjoni Għawdxija tawgura, li jinstabu s-soluzzjonijiet flimkien, lejn ftehim ta’ ħbiberija għall-benefiċċju ta’ dawk kollha konċernati fl-industrija tat-turiżmu inġenerali.