Coronavirus Lokali

COVID-19: 38 każ ġdid

“Din hija l-bidu tal-curve” – 110 każ ġdid fl-aħħar erbat’ijiem

Fl-aħħar 24 siegħa minn 1,018 -il swab f’pajjiżna ttestjaw xxx każi ġodda sabiex issa l-każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna żiedu għal 337.

25 minnhom kienu nisa fosthom tifla ta’ 4 snin u żewġ nisa li qed jistennew tarbija. Dan filwaqt li 13 minnhom kienu rġiel fosthom tifel.

Fost il-każi l-ġodda kien hemm mara Maltija 41 sena ma kienetx qed tmur xogħol mis-sittax ta’ Marzu kif ukoll raġel ta’ 40 sena kellu kuntatt ma’ persuna pożittiva.

Dan filwaqt li tfajla ta’ sbatax-il sena żviluppat is-sintomi, kif ukoll tfajla ta’ 25 sena din ma kinitx qed taħdem imma kienet qed taħdem permezz ta’ teleworking.

Każ ta’ barrani ta’ 28 sena qed jiġi investigat. Dan filwaqt li mara Maltija oħra din id-darba ta’ 29 sena li taħdem f’kumpanija privata ta’ produzzjoni ta’ healthcare. Hija ħadmet l-aħħar fit-3 ta’ April u bdiet bis-sintomi l-għada u għaldaqstant għaddejjin bil-contact tracing.

Tfajla ta’ 20 sena kienet kuntatt ta’ każ preċedenti u anzjana ta’ 68 sena li ttestjat pożittiv wara li kienet taħdem f’kumpanija privata fejn diġà kellna każ ieħor.

Mara oħra ta 45 sena li fis-7 ta’ April bdiet bis-sintomi bl-aħħar jum li ħadmet kien fis-16 ta’ Marzu. Dan filwaqt li raġel ta’ 39 sena dan ħadem l-aħħar fit-3 ta’ April u bdewlu s-sintomi fil-5 ta’ April.

Mara Maltija ta’ 35 sena kellha wkoll persuna li fil-familja tagħha sintomatiku fejn ser isirlu test.

Ittestja pożittiv raġel ta’ 36 sena – huwa jaħdem ġewwa l-faċilità tal-ikel Antonio Piscopo Wine and Spirits f’Raħal Ġdid. Huwa ħadem l-aħħar fis-6 ta’ April u għaldaqstant huwa importanti li kull min mar jixtri f’dan il-post minn din id-data iżomm attenzjoni għas-sintomi. Kull min iħoss xi sintomi għandu jċempel il-111.

Tifla ta’ 4 snin ttestjat pożittiv wara sintomi gastro-intestinali.

Ittestjat pożittiv ukoll mara Maltija ta’ 39 sena, hija kellha kuntatt ma’ persuna oħra fuq il-post tax-xoghol.

Żagħżugħ ta’ 19-il sena beda bis-sintomi fl-1 ta’ April. Huwa kien jaħdem fl-istabbiliment ta’ SCAN.

Mara ta’ 22 sena ttestjat pożittiv filwaqt li mara Maltija ta’ 68 sena ma kellhiex sintomi iżda ħarġet pożittiva waqt routine screening.

Mara ta’ 38 sena ġiet screened qabel ma kienet dieħla sabiex twelled iżda ma kellha l-ebda sintomi.

Healthcare worker ta’ 32 sena bdiet bis-sintomi fit-8 ta’ April. Din il-persuna l-aħħar li ħadmet bejn is-6 u 7 ta’ April. Għaddej il-contact tracing li kellha ma’ pazjenti u kollegi.

Każ ieħor ta’ mara ta’ 32 sena li ukoll daħlet l-Isptar minħabba li qed tistenna tarbija. Profs. Charmaine Gauci saħqet li sarilha r-routine screening u ħarġet li kienet pożittiva.

Mara ta’ 67 sena li kellha bżonn tidħol għal operazzjoni mhux relatata t-testjat pożittiva waqt routine check fl-isptar.

Anzjana ta’ 69 sena kellha s-sintomi u ttestjat pożittiva u mara ta’ 51 sena li hija carer li taħdem f’dar tal-anzjani minkejja li ma kellha l-ebda sintomi ħarġet pożittiva mill-iscreening tal-carers li qed ikunu fil-homes.

Għawdxi li għandu diversi kundizzjonijet korniċi ttestja pożittiv għal Coronavirus.

Hija spjegat li tifel, li l-età tiegħu ma żvelatux, ittestja pożittiv – liema każ għadu qed jiġi investigat.

Profs. Charmaine Gauci saħqet li dan tal-aħħar jiem huwa l-bidu tal-curve.

Fl-aħħar 24 siegħa wkoll sfortunatament tilfu ħajjithom kawża tal-pandemija anzjana Għawdxija ta’ 92 sena u raġel ta’ 80 sena li miet mal-lejl.

Dan filwaqt li s’issa fiequ b’kollox 16-il persuna.

Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika spjegat li ħafna mill-każijiet ma jkollhomx deni jew saħansitra mingħajr ebda sintomi – u għaldaqstant saħqet li diffiċli tikkontrolla dawk in-nies li jkunu pożittivi għal virus – ankè fil-każ ta’ healthcare workers. Hija saħqet li kulħadd irid jagħmel użu mill-iġenè tal-idejn.

Hija saħqet li l-missier ikun jista’ jidħol jakkumpanja l-omm li ser tkun qed twelled it-tarbija iżda mhux il-bqija tal-qraba. Dan fid-dawl li twaqqfu l-viżitaturi fl-Isptar Mater Dei.

Profs. Gauci saħqet li l-persuni asintomatiċi jistgħu jxerrdu l-virus minkejja li ma jkollhomx sintomi.

Hija ma kkonfermatx jekk xi membri tal-istaff f’Dar Sant’Anna ttestjawx pożittiv, proprju fejn kienet residenti l-ewwel fatalità ta’ COVID-19 f’pajjiżna.

Il-Professur però kkonfermat li t-tieni vittma kien bed ridden fl-Isptar Karin Grech, jiġifieri ttestja pożitiv waqt li kien qed jingħata l-kura.

Finalment Profs. Charmaine Gauci appellat sabiex ħadd ma jiltaqa’ għall-ikla ta’ nofsinhar tal-Għid u ngawdu dawn il-festi flimkien is-sena d-dieħla.