Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: Jiżdiedu l-imwiet fl-Italja

F’24 siegħa fl-Italja ġew ttestjati pożittivi 1,615 każ ġdid ta’ Coronavirus sabiex it-total fil-pajjiż ġar tagħna żied għal 96, 877.

Dan filwaqt li l-persuni li fiequ tul il-ġurnata kienu 1,979 sabiex b’kollox s’issa fiequ 28,470.

Madanakollu sfortunatament ġiet rreġistrata żieda fl-imwiet meta l-ammont kienet imqabbel mal-542 tal-Erbgħa. Dan wara li ġew ittotalizzati 610.