Coronavirus Lokali

COVID-19: Żewġ impjegati ta’ SCAN pożittivi

Il-kumpanija tagħlaq l-operazzjonijiet tagħha

B’effett immedjat ser inkunu qed nwaqqfu kull operazzjoni tal-kumpanija inklużi d-deliveries u s-servicing.

Dan intqal fuq il-midja soċjali tal-kumpanija SCAN wara li ġie spjegat li minkejja l-miżuri stretti li ttieħdu fil-ġimgħat li għaddew, sfortunatament xorta waħda żewġ impjegati li jaħdmu bħala sales staff, ittestjaw pożittiv għall-Coronavirus.

Il-ħwienet tal-electronics kienu ġew miżmuma miftuħa mill-Awtoritajiet l-għaliex kienu tqiesu bħala essenzjali.

Ġie spjegat li ser tingħata rifużjoni għal dawk id-deliveries li ma laħqux tqassmu filwaqt li dawk li għandhom l-aġġeġi tagħhom għas-servicing mhux ser ikunu jistgħu jiġbruhom qabel mal-kumpanija terġa’ tiftaħ il-bibien tagħha.

Huma skużaw ruħhom mal-klijenti u ħeġġew lill-pubbliku jibqgħu ġewwa u jieħdu ħsieb saħħithom.