Lokali

Daqshekk viżitaturi fl-Isptar Mater Dei

Permezz ta’ post fuq facebook, tħabbar li l-Isptar Mater dei mhux ser jibqa’ jaċċetta viżitaturi hekk kif il-miżuri ta’ prevenzjoni biex jitnaqqas it-tixrid tal-Covid-19 issa qed jiżdiedu.

Ftit wara l-ewwel każijiet ta’ Covid-19 li ġew irreġistrati f’Malta fil-bidu ta’ Marzu, l-Isptar Mater Dei kien illimita l-ħin ta’ żjarat iżda issa l-isptar waqqaf il-ħin tal-viżitaturi għal kollox.

Din il-miżura ma tapplikax għal żjarat lit-tfal u f ‘sitwazzjonijiet straordinarji oħra. L-istaff ser ikun qed jagħti l-pariri meħtieġa lill-familjari tal-pazjenti.