Lokali

Diversi personalitajiet b’messaġġ sabiex in-nies jibqħu d-dar

Fuq inizjattiva tal-kumpanija kreattiva u dar tal-produzzjoni 26th frame, numru ta’ personalitajiet televiżivi u atturi ħejjew videos magħmulin mid-dar biex iwasslu messaġġ ta’ tama u kuraġġ lill-Maltin u l-Għawdxin f dan il-mument ta’ inċertezza għal kulħadd.

Il-messaġġ bl-isem #IbqaDDar jitlob il-ko-operazzjoni kulħadd biex isegwi d-direttivi tal-awtoritajiet billi kulħadd jibqa’ d-dar. B’hekk inkunu qegħdin niġbdu ħabel wieħed sabiex flimkien noħorġu minn din is-sitwazzjoni mingħajr preċedent mill-aktar fis possibbli u nirbħuha flimkien.