“Nitolbu sabiex ma ndumux ma niċċelebraw flimkien bħala familja waħda”
“Il-ħsieb tagħna imur kollu kemm hu f’dawk il-persuni li qed jagħmlu sagrifiċċju kbir għall-poplu kollu”.
Hekk sostna l-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddies ta’ Adorazzjoni sabiex titfakkar l-Aħħar Ċena. Tul din iċ-ċelebrazzjoni, li xxandret fuq il-midja lokali, ma sarx il-ħasil tas-saqajn tal-appostli minħabba l-miżuri imposti kawża tal-pandemija tal-Coronavirus li qed tolqot lil pajjiżna.
Cħarles Scicluna sostna li minkejja li r-rit tal-ħasil tar-riġlejn din is-sena m’aħniex ser inkunu qed nagħmluh xorta waħda rridu ngħixuh, f’imħabba t’Alla. L-istess imħabba konkreta u ġenerożità enormi, kompla l-Arċisqof, li dawk il-frontliners qed jagħmlu b’ħilithom kollu għal ġid ta’ saħħitna.
Huwa sostna li l-ħsieb tiegħu imur f’dawk il-persuni li jinsabu fl-isptarijiet tagħna, fir-residenzi tal-anzjani u fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-Arċisqof finalment talab sabiex ma ndumux bħala poplu ma nerġgħu niltaqgħu fil-knejjes tagħna niċċelebraw flimkien bħala familja waħda.
//= $special ?>