Lokali

”Għawdex se jieħu daqqa kbira”

Id-daqqa fuq Għawdex kagun ta’ din il-pandemija ser tkun akbar mill-effett fuq Malta. Dan minħabba li nofs il-Prodott Gross Domestiku f’Għawdex jiddependi direttament mit-turizmu.

Waqt laqgħa oħra li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija ġew diskussi il-punti l-aktar li qed jinkwetaw lill-Għawdxin b’rabta mal-pandemija tal-Covid-19.

Prezenti ghal din id-diskussjoni fuq pjattaforma online kien hemm ukoll id-Deputat Nazzjonalista Chris Said, kelliem tal-Oppozizzjoni ghal Ghawdex.

Waqt il-laqgħa ġie propost li għandu jkun hemm pakkett finanzjarju mill-banek li jinkludi moratorji, tnaqqis fl-interess u incentivi oħra.

Xi ħaġa oħra li qed tinkwieta lill-Għawdxin hija s-sitwazzjoni t’Għawdex wara li tgħaddi din il-pandemija. Filfatt, ġie spjegat kif għandhom jiġu introdotti inċentivi dwar l-ambjent, l-artijiet ODŻ u anke inċentivi għal żvilupp sostenibbli fil-gżira Għawdxija.Adrian Delia insista li l-Partit Nazzjonalista jrid li jkun qrib in-negozji sabiex jifhem l-isfidi u l-ħtiġijiet tagħhom. Dan bil-ghan li l-Partit Nazzjonalista joħroġ bi proposti għall-bżonnijiet tagħhom.