Coronavirus Lokali

“Ħallejt vojt kbir” – bosta jsellmu l-memorja tal-Għawdxija li mietet bil Coronavirus

Ħallejt vojt kbir warajk – vojt li ma jista’ jimtela’ qatt. Hekk saħqet bint Georgia, l-anzjana Għawdxija ta’ 92 sena li tilfet ħajjitha wara li ttestjat pożittiv għall-Coronavirus.

Bintha saħqet li sa fl-aħħar ser tkun qed tistrieħ fil-paċi wara li sofriet mhux ftit. Bosta fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja ta’ Georgia kemm qraba kif ukoll ħbieb fejn lkoll saħqu x’qalb kbira kellha din il-mara maħbuba minn kull min kien jafha.

Georgia kienet residenti fir-Residenza Sant’ Anna f’Għawdex u kienet sfortunatament issofri minn mard kroniku. Hija kienet l-ewwel fatalità f’pajjiżna li tilfet ħajjitha wara li ttestjat pożittiv għall-Coronavirus.

https://www.facebook.com/josette.zammit/posts/10216161909142317