Kummerċ Lokali

Ħames fergħat tal-BOV se jiftħu nhar is-Sibt 11 ta’ April

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 11 ta’ April 2020 ħames fergħat se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm fil-lokalitajiet ta’ • Tal-Ibraġ • Mosta • Rabat • Ħaż-Żabbar • Rabat Għawdex.

Il-Bank ifakkar lill-klijenti tiegħu li nhar il-Ġimgħa 10 t’April, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn 13 ta’ April, Tnejn il-Għid, il-Bank ikun magħluq. Il-Bank of Valletta ikompli jħeġġeġ lill-klijenti biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw l-ATMs tal-Bank biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus u jużaw il-BOV Cards, il-BOV Pay jew il-‘BOV Mobile to Mobile Payment’ biex iħallsu għax-xiri, servizzi u konsinji tagħhom.

Barra minnhekk, il-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking jistgħu jintużaw għal pagamenti u tranżazzjonijiet bankarji oħra. Għal kull bżonn bankarju ieħor, il-klijenti għandhom jibagħtu email fuq info@bov.com billi jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, n-numru tal-mowbajl tagħhom, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa tal-Bank fejn normalment jinqdew.

Uffiċjal tal-BOV imbagħad jikkuntattja lill-klijenti biex jipprovdi l-għajnuna. Il-klijenti jistgħu ukoll iċemplu fuq 2275 3500, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 am sal-4.00 pm.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-email huwa l-mod ta’ komunikazzjoni l-aktar veloċi. Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates