Coronavirus Lokali Saħħa

“Hemm bżonn li jitqassmu l-maskri lill-pubbliku” – CSN

Il-pubbliku ġenerali għandu jiġi pprovdut l-maskri ta’ protezzjoni neċessarji kontra l-COVID-19. Dan huwa l-appell li qed tagħmel is-Civil Society Network filwaqt li saħqu li dawn il-maskri jridu jintlibsu b’mod mandatorju f’postijiet pubbliċi jew tal-inqas dawk urbani.

Is-soċjetà ċivili spjegat li dan l-appell qed isir ġaladarba r-rata ta’ każijiet ta’ trażmissjonijiet lokali f’pajjiżna qed tiżdied u għaldaqstant dan huwa ż-żmien li t-tixrid ikun ferventi fit-toroq tagħna.

CSN spjegaw li din il-miżura tixbaħ lil miżura introdotta fost oħrajn fir-Repubblika Ċeka, bħal ma smajna ftit tal-jiem ilu fuq il-programm NET LIVE, fejn tal-inqas għalkemm ma jkunux l-istess maskri provduti lill-frontliners, il-pubbliku jkollu forma ta’ protezzjoni.