Ekonomija Lokali

Il-miżuri tal-Gvern biex jiġu mgħejjuna n-negozji huma inadegwati

Il-miżuri mħabbra mill-Gvern sabiex jiġu mgħejjuna n-negozji huma inadegwati…. fi kliem semplici, mhumiex biżżejjed. Dan irriżulta minn studju li għamlet il-Kamra tal-Kummerċ fejn ħareġ li l-miżuri biex tigi indirizzata l-kriżi ekonomika minħabba l- COVID-19 xejn m’huma se jkunu effettivi fuq perjodu ta’ tliet xhur.

Il-problemi imbghad se jiggravaw jekk il-krizi iddum tkaxkar għal sitt xhur. L-istudju taċ-Chamber wera li 51 fil-mija qalu li l-miżuri tal-Gvern huma inadegwati. Saħansitra, minn dawn il-51 fil-mija, 22 fil-mija qalu li l-miżuri huma kompletament inadegwati.

42 fil-mija qalu li l-miżuri huma parzjalment adegwati …u tnejn fil-mija biss qalu li huma tajbin. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li minkejja li l-miżuri se jagħtu għajnuna, din żgur li mhijiex biżżejjed…. u hemm il-ħtieġa li tingħata aktar għajnuna lil ċertu setturi.

Ingħad li hemm xi setturi li se jkollhom impatt pożittiv bil-miżuri li tħabbru fl-aħħar pakkett, u dawn jinkludu n-negozji fis-setturi tal-ospitalità, ristoranti u oħrajn… iżda hemm bżonn li tingħata l-għajnuna lil setturi oħra, fosthom dawk li ma kienux eleġibbli għall-għajuna massima mill-Gvern.

L-istħarriġ li sar jikkonferma li d-daqqa fil-bejgħ se tinħass kemm għall-kumpaniji li jesportaw…. u anke dawk li l-bejgħ tagħhom huwa konċentrat lokalment. L-impatt se jinħass ukoll fuq l-impiegi, fejn dawn il-miżuri se jfissru tnaqqis ta’ 32 fil-mija fuq perjodu ta’ tliet xhur u 78 fil-mija f’kaz li l-pandemija iddum sitt xhur.

Għall-ħaddiema part-time l-impatt mistenni jkun aktar immedjat.Il-Partit Nazzjonalista ilu gimghat iressaq diversi proposti biex jiġu mgħejjuna aħjar kemm il-ħaddiema kif ukoll in-negozji …inkluz bir-roħs tat-tariffi tad-dawl u ilma.