Aktar kmieni dan ix-xahar il-Kamra tal-Kummerċ permezz tal-President tagħha l-Perit David Xuereb appellat għal strateġija komuni ta’ rkupru lill-mexxejja tan-negozju u dan fuq l-impatt serju li qed iħalli l-Covid-19 fl-ekonomija Ewropea.
Il-Perit Xuereb għamel dan l-appell meta kien qed jipparteċipa f’konferenza tal-għola livell li kienet qed tinvolvi l-Presidenti tal-Kmamar tal-Kummerċ kollha ta’ organiżazzjonijiet nazzjonali fin-negozju, u li huma membri ta’ BusinessEurope.
Id-diskussjoni kienet titratta l-impatt tal-ekonomija Ewropea u r-rispons minn naħa tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozju. Waqt id-diskussjoni, l-Perit Xuereb ikkummenta mhux biss fuq il-bżonn ta’ kif wieħed jimmaniġġja l-kriżi, iżda jħares ukoll lil hinn minnha.
“In-negozju jilgħab parti mportanti biex meta n-negozju jibda bil-mod il-mod jirkupra jara kif wieħed ipoġġi lill-ekonomija fit-triq it-tajba. Wara li wieħed jaħdem favur li jiġu assigurati l-aqwa miżuri u l-appoġġ finanzjarju biex iżomm kemm jista’ jkun il-kumpaniji fil-wiċċ f’qasir żmien, in-negozji jridu jistabiliaw l-operazzjonijiet tagħhom u maljar kemm jista’ jkun jibdew jippjanaw wara t-tmiem tal-kriżi sabiex jibdew imexxu l-operazzjonijiet tagħhom malajr kemm jista’ jkun.”
Il-President taċ-Chamber David Xuereb kompla jgħid li l-pajsaġġi ekonomiċi, soċjali u ambjentali se jinbidlu b’mod permanenti, u n-negozju jrid jadatta malajr għad-dinamiċi l-ġodda, nkella jispiċċa f’riskju li jsir relevanti. Huwa spjega kif il-Kamra tal-Kummerċ Maltija qed tieħu t-tmexxija f’idejha billi stabbilit “Grupp Strateġiku ta’ wara l-Pandemija”, se jkun inkarigat biex joħloq xenarji diversi dwar kif se tkun is-sitwazzjoni wara l-pandemija, u jiżviluppa inizjattivi strateġiżi biex jindirizza “in-normali ġdid”.
Waqt id-diskussjoni, l-mexxeja tan-negozju Ewropej appoġġaw il-miżuri neċċessarji li jridu jittieħdu f’ambitu nazzjonali biex wieħed irażżan it-tixrid tal-Covid-19 u qablu li s-saħħa pubblika għandha tingħata priorità.
Huma esprimew is-simpatiji tagħhom mal-familji li diġa’ ġew affettwati u gratitudni għan-negozji u l-ħaddiema li qegħdin juru kuraġġ kbir u reżiljenza biex i’ommu l-aċċess ta’ oġġetti vitali u servizzi li lkoll niddependu minnhom. Il-Mexxeja espreimew ukoll is-simpatija tagħhom mal-pajjiżi l-aktar affettwati minn din il-kriżi.
Il-Presidenti taw ukoll l-appoġġ kollu tagħhom għall-miżuri li ħadu l-istituzzjonijiet Ewropej sa issa u appellaw biex jagħtu dak kollu neċċessarju għal kemm jista’ jkun ħafna negozji biex isalvaw mill-kriżi biex b’hekk ikomplu jgħidu biex jerġgħu jibnu l-ekonomija Ewropea u jirkupraw il-livell ta’ ħajja fl-Ewropea, mera l-kriżi mmedjata tiġi megħluba. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Viċi-President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis.
//= $special ?>