Coronavirus Lokali

It-tieni mewt f’Malta kawża tal-COVID-19

Sfortunatament, kmieni l-Ħamis filgħodu waslet l-aħbar li anzjan ta’ 79 sena huwa t-tieni vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. 

L-anzjan, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Karen Grech, kellu diversi kumplikazzjonijiet tas-saħħa.

Huwa ġie ttestjat għall-Coronavirus fis-6 ta’ April wara li żviluppalu d-deni fejn kien nstab pożittiv. 

L-anzjan miet fl-Isptar Karen Grech matul il-lejl. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, hekk biss nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.