Nhar it-Tlieta li għadda l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ippubblika ittra minħabba diskrimazzjoni fost il-kmamar tal-aħbarijiet minn Transport Malta waqt il-ħidma ta’ evakwazzjoni ta’ koppja anzjana minn fuq il-cruiseliner Colombus.
L-IĠM kien infurmat li Transport Malta iddedikat lanċa biex fuqha ittellgħu membri silettivi tal-media, partikolarment One News, u preżentatur ta’ programm fuq TVM. Madanakollu, l-istess opportunità ma kienetx offruta lill-kmamar tal-aħbarijiet kollha.
Transport Malta wieġbet li bħala kumpanija għamlet il-provvidementi meħtieġa biex takkomoda it-talbiet għal min ried isegwi din l-operazzjoni mill-qrib. Komplew jistqarru li kieku l-kmamar tal-aħbarijiet l-oħra għamlu talbiet simili, l-Awtorità kienet tipprova takkomodha lilhom ukoll.
Fi tweġiba, l-IĠM stqarret kif Transport Malta ma fehmitx il-punt li twassal mill-ilment li ressaq l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.
L-IĠM jappella biex Transport Malta tistieden lill-kmamar tal-aħbarijiet kollha meta tagħmel inizjattiva ta’ dan it-tip. Waqt li One News u l-preżentatur ta’ program fuq TVM għamlu xogħolhom meta talbu biex ikunu abbord il-lanċa ta’ Transport Malta waqt l-evakwazzjoni tal-koppja Maltija minn fuq il-cruiseliner Colombus, m’għandux ikun il-każ li l-kmamar tal-aħbarijiet iridu jistiednu rwieħhom b’idejhom, partikolarment f’ħidmiet ewlenin bħal ma kienet din.
Dan anke minħabba li l-kmamar tal-aħbarijiet ma jkunux jafu x’inizjattivi tkun qed tieħu l-awtorità jekk ma jkollhomx stedini.
//= $special ?>