Internazzjonali Kurżitajiet

Reġa’ ġej Non è la Rai – u mhux biss!

Mit-Tnejn li ġej u kull nhar ta’ Tnejn fuq Mediaset Extra fid-21.15 se jerġa’ jixxandar Non è la Rai.

Ambra, Pamela, Ilaria, Miriana u ħafna iktar tfajliet għal qalb il-Maltin fl-ewwel snin tad-disgħinijiet jirritornaw b’logħob, kant, żfin u ħafna divertiment.

Min rah ser ikun qed jerġa’ jgawdih u min qatt ma rah se jibqa’ jarah! Non è la Rai għandu wkoll paġna għall-fans Maltin.

Iżda dan mhux biss l-għaliex ser ikunu qed jirritornaw ukoll fuq dan l-istazzjon il-programmi ta’ tfulitna tant għal qalbna. One ser ikun qed jirritorna flimkien mal-preżentatur Paolo Bonolis fis-sensiela Bim Bum Bam.

Dan filwaqt li ser ikun qed terġa’ tixxandar ukoll is-sensiela Love Me Licia, meħuda mis-serjè animata Ġappuniża Kiss Me Licia – fejn fil-parti prinċipali nsibu lill-attriċi Christina d’Avena – kantanta li interpretat diversi sigli ta’ serjè animati Taljani.