Tokyo, Denver, Berlin, Moscow, Stokholm, Helsinki, Lisbona, Nairobi, Rio.
Forsi mal-ewwel ħsieb x’ħin tisma dawn l-ismijiet, wieħed jaħseb fi bliet madwar id-dinja, pero għall-ħafna dawn huma assoċjati mas-serje Money Heist.
Issa, stennija kbira għall-ħames sensiela tas-serie Money Heist fuq Netflix.

Hekk kif ir-raba serje ilu biss ftit jiem li ħareġ, ir-rata ta’ nies li raw din is-serje mill-bidu sal-aħħar hija waħda ogħlja ħafna kumparat ma staġuni preċedenti
Bla dubju li bosta issa qed jistennew b’reqqa kif se tkompli tiżvolġi l-istorja hekk kif kien żvelat li apparti l-ħames sensiela se tkun qed toħroġ is-sitt waħda fix-xhur li ġejjin.
Din l-aħbar forsi hija waħda ovja għas-segwaċi ta’ Money Heist hekk kif il-protagonisti għadhom maqbudin fil-Bank Spanjol.. storja li allura mistennija tkompli.
Il-moħħ wara din is-sensiela, Javier Gómez Santander qal li hu u t-team tiegħu “qatt ma jqisu kemm jista’ jdum l-ispettaklu,” hekk kif żvela li għad mgħandhomx idea kif se jispiċċa, jew min imissu jmut.
Minkejja dan kollu, Netflix għadu ma kkonfermax uffiċjalment li se jkun hemm il-ħames u s-sitt staġun.
