9 TA’ APRIL 2014
Sitt snin ilu fit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta, telgħu l-poloz tal-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li sar f’pajjiżna bejn id-9 u l-21 ta’ Mejju. Dan kien l-ewwel avveniment tal-UEFA li qatt ġie organizzat f’pajjiżna. It-timijiet kienu maqsuma f’żewġ gruppi ta’ erba’ nazzjonijiet. Malta bħala l-pajjiż organizzattiv telgħet fi Grupp A flimkien mal-Ingilterra, l-Olanda u t-Turkija. Fi Grupp B telgħu l-Ġermanja, l-Iskozja, l-Iżvizzera u l-Portugall.
Il-polza tmexxiet miċ-chairman tal-Kumitat tal-Amateur Football tal-UEFA Jim Boyce, bl-assistenza ta’ tnejn mill-ambaxxaturi tat-tournament li kienu David Carabott u Fr. Hilary Tagliaferro. Min-nazzjonijiet li kienu fil-grupp ta’ Malta, l-Olanda rebħet l-edizzjoni fl-2011 u fl-2012 filwaqt li t-Turkija ħarġet rebbieħa fl-2005. L-Ingilterra rebħet il-Kampjonat Ewropew fl-2010 u spiċċat biex rebħet l-edizzjoni ta’ sitt snin ilu b’rebħa kontra l-Portugall bl-għoti tal-penalties.
//= $special ?>