Mietet il-persuna li kixfet l-iskandlu ta’ Bill Clinton u Monica Lewinsky – storja li kienet ħarġet fil-beraħ fl-1998 grazzi għal Linda Tripp li kienet kixfet relazzjoni intima bejn l-eks President Amerikan u Lewinsky.
Din il-mara kienet taħdem fil-White House, u Clinton minn naha tieghu dejjem baqa’ jiċħad l-akkużi sal-ġurnata tal-lum.
Linda Tripp, mietet fl-aħħar sigħat, fl-età ta’ 70 sena wara li sofriet minn kanċer tal-frixa.
Il-whistleblower għamlet żmien twil tiżvela dettalji speċifiċi dwar din ir-relazzjoni tant li lil Clinton tefgħuh f’xifer il-karriera politika.
Tripp kienet ġiet imkeċċija mill-impjieg tagħha fil-Pentagon fl-aħħar jum tal-amministrazzjoni Clinton fl-2001.
