Coronavirus Festi Knisja Lokali Saħħa

“Alla huwa magħna u wieħed minna”

Il-funzjonijiet tal-Arċisqof f'Jum il-Ġimgħa l-Kbira kienu f'xandira diretta fuq NET TV

Il-Ġimgħa, il-Knisja Kattolika fakkret il-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù Kristu fejn is-soltu, ikunu ħafna dawk li jagħmlu l-viżti quddiem is-Sepurkli armati fil-knejjes. Iżda din is-sena, il-Ġimgħa l-Kbira ġiet iċċelebrata f’ambjent għal kollox differenti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

7 Waqfiet ta’ Kristu, Katidral Imdina – 06/04/20INP_5750 6 Apr 2020 192327

Wara li f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija, l-Arċisqof mexxa mument ta’ talb u riflessjoni mill-Kaitdral tal-Imdina, minflok ż-7 Viżti, nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu imbagħad mexxa l-Uffiċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum mill-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja Arċiveskovili.

Fil-knejjes kollha, waranofsinhar imbagħad saret l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej, li fiha tinkludi l-qari tar-rakkont tal-passjoni.

Il-funzjoni mmexxija mill-Arċisqof, Charles Scicluna, li xxandret fuq NET Television fit-3pm, saret fl-istess kappella tal-Kurja fl-iskiet u l-ġabra. Din kienet maqsuma fi 3 partijiet, il-qari tal-kelma t’Alla, l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin.

Fl-omelija tiegħu wara l-Passju, l-Arċisqof għamel elenku fuq il-mistosqsija li għamel Ġesù fuq is-Salib, “Alla Tiegħi, Alla Tiegħi, għaliex tlaqtni?”, mistoqsija li għamlu tant u tant nies dwar f’dan iż-żmien ta’ ansjetà u inċertezza.

Risposta għaliha hijadiffiċi għaliex Alla mhuwiex ‘il bogħod. F’dawn iċ-ċirkostanzi huwa magħna u wieħed minna.”

Huwa sellem u talab għall-ewwel 2 vittmi tal-COVID-19 f’pajjiżna kif ukoll għat-350 persuna pożittivi għall-virus.

Tliet mumenti ta’ ġabra u riflessjoni tul il-funzjoni huma l-mument li l-konċelebranti jimteddu mal-art għall-ħin ta’ skiet u riflessjoni fil-bidu tal-Funzjoni, il-mument x’ħin fil-qari tal-Passjoni skont San Ġwann, Ġesù Kristu radd ruħu u l-ħin tal-Adorazzjoni tas-Salib.

Dan il-jum huwa sinonimu ukoll mal-20 purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li tradizzjonalment isiru f’Malta u f’Għawdex, li għal din is-sena, kellhom jitħassru u l-vari baqgħu ġewwa. Fis-6.30pm iżda, l-Arċisqof mexxa t-Triq tas-Salib f’xandira diretta fuq NET Television.

Hafna devoti osservaw dan il-jum specjali ghall-Kattolici b’sawm u astinenza, kif ukoll talb sabiex id-dinja tohrog minn dan il-perjodu xejn sabih kemm jista’ jkun malajr.