Coronavirus Futbol Sport

Arsenal b’inizjattivi biex jgħinu lin-nies li huma vulnerabbli fil-komunità ta’ Islington

(Ritratt: EPA)

Fil-jiem li ġejjin, it-tim tal-Premier League, Arsenal se jkunu qed jipprovdu iktar minn 30,000 ikla kif ukoll prodotti tal-iġjene lill-numru ta’ nies li jitqiesu bħala vulnerabbli. It-tim ta’ Londra se jagħti wkoll €114,000 f’donazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tal-lokal kif ukoll €57,000  għal fond li qiegħed jiġbor il-flus b’rabta mal-coronavirus.

Ilbieraħ kemm Manchester United kif ukoll Wolves ħabbru pakketti finanzjariji biex jgħinu lill-NHS fil-ġlieda kontra l-coronavirus li s’issa diġa ħalliet iktar minn 8,000 vittma fir-Renju Unit. Lura fit-12 ta’ Marzu l-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta irriżultat wkoll pożittiv għal coronavirus. Fil-ġranet li għaddew Arteta tkellem dwar l-esperjenza tiegħu u kif għaddiet madwar ġimgħa sakemm beda jħossu xi ftit aħjar.