Coronavirus Għawdex Lokali Saħħa

F’Għawdex jinġabru €35,971 għax-xiri ta’ ventilator

Waqt il-Quddiesa li ġiet ċċelebrata nhar Ħamis ix-Xierka fil-Katidral ta’ Għawdex mill-Isqof Mario Grech, is-Segretarju Pastorali tad-Djoċesi Dun Daniel Sultana ħabbar li nġabret is-somma ta’ €35,971 għax-xiri ta’ ventilator

L-Isqof Mario Grech qal li fuq l-eżempju ta’ Ġesù l-Imgħallem li jsir qaddej tagħna u llum jitbaxxa biex jaħslilna riġlejna, il-Knisja f’Għawdex qed tkompli tistieden lin-nies sabiex jikkontribwixxu f’din il-kawża tajba.

Dawk li jixtiequ jgħinu huma mħeġġa jagħmlu l-għotjiet tagħhom b’wieħed minn dawn il-mezzi:

1. Jiddepożitaw l-għotja tagħhom f’dan il-kont bankarju permezz ta’ online banking jew permezz ta’ Revolut: Isem tal-kont: COVID 19 Numru tal-kont: 35452320032 IBAN: MT91APSB77013000000035452320032 Swift Code: APSBMTMT

2. Iċemplu wieħed minn dawn in-numri: 51502095 – €5 51602017 – €10 51002021 – €20 51902087 – €50

3. Iħallu l-għotja tagħhom mal-Kappillani tal-Parroċċi jew mar-Retturi tal-Knejjes.