Il-Fondazzjoni Richmond inagħqdu mal-awtoritajiet tas-Saħħa biex il-Ġimgħa nedew il-helpline 1770 li se jipprovdi l-għajnuna u l-appoġġ meħtieġ 24 siegħa kuljum lill-persuni li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali tul dawn iż-żminijiet.
Tul il-perjodu tal-imxija tal-Covid-19, ’il fuq minn tletin professjonist se jkunu disponibbli biex jagħtu l-appoġġ fejn meħtieġ jew biex jirreferu l-każ għal għajnuna psikoloġika ulterjuri, jekk ikun il-każ. Għalhekk l-appell lil dawk biex ma jibqgħux siekta u jfittxu l-għajnuna.
//= $special ?>