Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Id-dinja tkompli għaddejja fi gwerra kontra għadu li ma jidhirx

Madwar id-dinja, il-vittmi tal-coronavirus issa telgħu għal mitt elf persuna – aktar minn 1,630,000 huma l-persuni pożittivi bil-Covid-19.

L-istat ta’ New York issa għandu iktar każijiet ta’ coronavirus minn kwalunkwe pajjiz ieħor barra l-Istati Uniti. Bl-ammont ta’ każi totali madwar l-Istati Uniti, bhala total, issa jlaħħaq kważi nofs miljun. Dawk li tilfu ħajjithom telgħu għal 17,000.  Fl-aħħar sigħat biss tilfu ħajjithom madwar 1800 persuna.

Fl-Italja….fejn issa il-lockdown ġie estiż sat-3 ta’ Mejju… il-każi pożittivi jammontaw għal iktar minn 144,000 filwaqt li fi Spanja dawn telgħu għal 157,000 każ. Fuq nota pożittiva, fl-Italja kien reġistat tnaqqis ta’ każijiet ġodda pożittii għall-COVID-19, filwaqt li Spanja kellha l-inqas rata ta’ mwiet sa mit-23 ta’ Marzu.

Intant, il-Ħamis filgħaxija tħabbar li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson inħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Hu qed jinżamm fi sptar hekk kif il-qagħda tiegħu m’għadhiex waħda kritika. Il-ġimgħa d-dieħla se jsiru diskussjonijiet dwar kemm dan il-pajjiż se jdum fi stat ta’ lockdown, dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom kważi 800 persuna. 

Il-Belġjum irreġistra l-għola rata ta’ mwiet sa issa hekk kif matul il-ġurnata telfu ħajjithom kważi 500 persuna.

Intant, il-Fond Monetarju Internazzjonali ppubblika analiżi tal-prospetti ekonomiċi.. analiżi li wriet li minħabba l-coronavirus, id-dinja se tgħaddi mill-agħar reċessjoni globali sa mill-Kriżi l-kbira tas-snin tletin.

Id-Direttur Amministrattiv tal-IMF, iddeskriviet l-avvenimenti li ninsabu għaddejjin minnhom bħala żvilupp ġigantesk u drammatiku, li qed iħallu effett kbir fuq l-ekonomija dinjija.