Coronavirus Internazzjonali

Iktar każijiet fi New York milli f’pajjiżi oħra madwar id-dinja

L-istat ta’ New York issa għandu iktar każijiet ta’ coronavirus minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra l-Istati Uniti.

In-numri ta’ ‘Covid-19 f’dan l-istat issa tela’ b’10,000 fl-aħħar 24 siegħa għal total ta’ 159,937 każ. Dawn in-numri huma aktar minn dawk ta’ Spanja (153,000 każ) u l-Italja (143,000).

Iċ-Ċina, fejn beda il-COVID-19 irrappurtat total ta’ 82,000 każ.

L-Istati Uniti bħalissa hemm 462,000 każ reġistrat u kważi 16,500 mewt.

Globalment hemm 1.6 miljun każ u 95,000 mewt.