Knisja Lokali

Il-Knisja tfakkar il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira…f’ambjent għal kollox differenti

Mis-Siġġiewi san-Nadur...pajjiżna jfakkar il-passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu

Illum il-Knisja Kattolika tfakkar il-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù Kristu.

Fil-knejjes kollha, illum ma jsirx quddies iżda wara nofsinhar issir il-funzjoni li tinkludi r-rakkont tal-passjoni.

Dalgħodu, normalment, ikunu ħafna dawk li jagħmlu l-viżti quddiem is-Sepurkli armati fil-knejjes. Iżda din is-sena, il-Ġimgħa l-Kbira qed tiġi ċċelebrata f’ambjent għal kollox differenti.

Anke l-20 purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li tradizzjonalment isiru f’Malta u f’Għawdex, għal din is-sena kellhom jitħassru…u l-vari baqgħu ġewwa.

Għalkemm din tal-lum hi ġurnata b’temp sabiħ, l-awtoritajiet xorta jibqgħu jħeġġu lin-nies biex ma joħorġux. Fuq barra, minkejja s-sitwazzjoni xejn sabiħa għal pajjiżna, xorta kien hemm parroċċi li ħejjew armar apposta marbut ma’ dan iż-żmien tas-sena – fosthom is-Siġġiewi u n-Nadur.

Illum huwa jum ta’ sawm u astinenza.