Coronavirus Knisja

Il-Papa jmexxi l-Via Crucis mill-Vatikan

Għall-ewwel darba f’56 sena, il-Via Crucis f’jum il-Ġimgħa l-Kbira ma saritx fil-Kolossew ta’ Ruma, iżda saret fil-Pjazza tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dan sar minħabba r-restrizzjonijiet imposti kaġun tal-Coronavirus.

Il-Papa Franġisku mexxa l-qari tal-14-il Stazzjoni tal-Passjoni quddiem Pjazza San Pietru kompletament vojta – f’ambjent mill-aktar suġġestiv f’dan il-perijodu ta’ dulur li qed taffaċja l-umanità kollha.

Bħala parti mill-Via Crucis, inqraw rakkonti li ġew miktuba apposta minn numru ta’ priġunieri.

Ħafna irrimarkaw kemm il-Papa f’dan il-mument ta’ kriżi…illejla kien figura ta’ ispirazzjoni għall-popli kollha.