Wieħed mill-avukati ewlenin fil-qasam tal-isports, Nick De Marco QC sostna li dawk il-plejers li għandhom il-kuntratt jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju jistgħu jħallu lill-klabb rispettiv tagħhom. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-FIFA proponiet li l-kuntratti li jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju jistgħu jiġu estiżi sakemm l-istaġun jiġi fi tmiemu wara li jitkompla wara l-imxija tal-coronavirus. F’intervistà ma’ sit Ingliż De Marco qal li r-rakomandazzjoni tal-FIFA ma jistgħux jiġu infurzati fil-liġi tax-xogħol Ingliża u legalment il-plejers ma jistgħux jiġu sfurzati biex jilagħbu.
L-avukat De Marco li għandu esperjenza vasta fil-qasam sportiv, bħalissa qiegħed iservi ta’ konsulent legali għall-assoċjazzjoni tal-plejers professjonali (PFA) f’dan il-mument tal-pandemija tal-coronavirus. De Marco naqas milli jagħti informazzjoni dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin. Min-naħa tagħha l-FIFA qalet li se tkun qed tħalli l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħha biex jiddeċiedu huma d-dati tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
//= $special ?>