Coronavirus Sport Sport Ieħor

Il-union taċ-ċiklisti twissi li mhijiex se taċċetta tnaqqis fil-pagi taċ-ċiklisti

(Ritratt: EPA)

Il-union taċ-ċiklisti qalet li hi m’hijiex lesta li taċċetta tnaqqis fil-pagi tal-membri tagħha, minkejja l-kriżi tal-coronavirus u sejħet biex l-isport kollu jinaqgħad f’dan il-mument. Il-pandemija tal-coronavirus affettwat l-isport kollu madwar id-dinja, fosthom iċ-ċikliżmu b’numru ta’ avvenimenti ġew posposti. Wieħed mit-timijiet, Elite team Lotto Soudal qalet li ċ-ċiklisti tagħha aċċettaw tnaqqis fil-pagi tagħhom wara li numri ta’ avvenimenti taċ-ċikliżmu twaqqafu x-xahar li għadda.

Kelliema għall-Union taċ-ċikliżmu, Laura Mora qalet li l-union li hi tirrapreżenta m’hijiex lesta li taċċetta tnaqqis fil-pagi b’mod ġenerali u se tkun qed tara kif tista’ tnaqqas l-impatt ta’ din il-pandemija. Numru ta’avvenimenti taċ-ċikliżmu ġew posposti fosthom il-Giro d’Italia. L-organizzaturi tat-Tour de France li mistenni jsir bejn is-27 ta’ Ġunju u d-19 ta’ Lulju għadhom ma ħadux deċiżjoni finali.