Coronavirus Lokali

“IRBAĦT” – messaġġ ta’ Malti li rebaħ kontra l-COVID-19

“IRBAĦT… Wara xahar u ġurnata rnexxieli inkissrek jien ja Virus qerriedi… Irbaħtlek fi skiet u fis-silenzju. Irbahtlek fis-solitundi, iżolat mil-bqija tad-dinja.”

Messaġġ pożittiv ta’ Martin Attard, Malti li ttestja negattiv għall-COVID-19 wara aktar minn xhar pożittiv għall-virus.

“Dħaltli f’ħajti mingħajr ma naf kif, bla ebda permess. Weġġajtni fiżikament. Weġġajtni ferm aktar mentalment. Lgħabtli logħba kerha ma’ l-aktar nies għeżież f’ħajti, ma whud mil-akbar hbieb tiegħi u ma sħabi l-kollegi li tant naprezza. U ma paxxejtekx !” kompla jgħid Martin f’messaġġ qawwi fuq il-media soċjali.

Illum 10 ta’ April 2020 tibda’ pagna ġdida fil-kapitlu ta’ ħajjet Martin fejn wara esperjenza kerha li żgur se jibqa jiftakar jista ftit ftit jerġa’ jibda jgħix ħajtu.

Hu stqar li “dan għadu biss il-bidu. Il-gwerra kontrik għad fadalla u flimkien bħala gżira, rridu nibqghu niġġieldu ħa neqirduk kompletament.”

Dan hekk kif Martin ser ikompli jieħu l-parriri tal-awtoritajiet tas-saħħa u joqgħod ġewwa għall-jiem li ġejjin.

“Ejja ha nitghannqu, nitbewwsu, nitilghu fuq l-Ajruplan, nghatu daqqtejn ballun is-Sibt wara nofsinhar… ejja ha nghixu!” temm jgħid Martin b’messaġġ ta’ kuraġġ lejn il-Maltin u l-Għawdxin.

Finalment hu rringrazzja lil dawk qrib tiegħu kif ukoll lin-nurses u t-tobba kollha li kienu miegħu tul dan iż-mien diffiċli.

Fl-aħħar ħinijiet, Net News tkellem ma’ Martin fejn qasam l-esperjenza kollha tiegħu magħna, storja li tistgħu ssegwu fuq Net Television fil-bulettin tal-aħbarijiet.