‘Mewtek fuq salib’ hi kanzunetta li tittratta pass pass it-tbatijiet differenti li għadda minnhom Ġesù fil-passjoni tiegħu.
Matul il-kazunetta n-narratur jesprimi l-gratitudni lejn Ġesù u jaqsam ir-riflessjoni u l-esperjenza tiegħu billi jwaħħad it-tbatijiet personali tiegħu bħala bniedem, ma’ dawk ta’ Ġesù fil-passjoni tiegħu.
Fil-bidu tal-filmat jidhru pass pass tbatijiet differenti li Ġesù għadda minnhom – mit-twelid fl-għar ta’ Betlehem sal-mewt tiegħu fuq is-salib.
Tul il-filmat, kollox jiġi msejjes fuq il-misteri tat-tbatija – Ġesù fl-Art tal-Ġetsemani, is-swat, il-kuruna tax-xewk, il-ġarr tas-salib u t-tislib.
Fl-aħħar mill-aħħar kollox jikseb sinifikat permezz tal-qawmien ta’ Ġesù u hawnhekk fejn id-diska tilħaq il-qofol tagħha.
Din id-diska toffri opportunità sabiex kulħadd jieqaf u jirrifletti ftit fuq iż-żminijiet li għaddejjin minnhom.
Din il-kanzunetta għandha arranġament mużikali ta’ ‘Praise you in this storm’ tal-grupp Casting Crowns u l-lirika oriġinali ta’ Darrel Pace nnifsu.
