Jekk mhux se nħarsu lill-kumpaniji tagħna ‘l quddiem se nsibu quddiem wiċċna sitwazzjoni tal-biki.
Hekk sostna l-editur tal-kumpanija MediaToday Saviour Balzan meta din il-ġimgħa kien intervistat fil-programm Net Live, fejn saret analiżi tal-effetti koroh li qed taffaċċja l-ekonomija tagħna bħalissa.
Saviour Balzan qal li hemm il-ħtieġa li ma noħolqux distinzjoni bejn kumpanija u oħra u wisq anqas bejn ħaddiem u ieħor. Kull impjegat irid jingħata l-għajnuna, biex ma jinħolqux klassijiet ġodda bejn il-ħaddiema.
Pereżempju, qal Saviour Balzan, mhux ġust li jkun hemm ħaddiema f’Kategorija A u oħrajn f’’Kategorija B.
F’artiklu li kiteb fl-ahhar jiem l-editur tal-MaltaToday qal li f’mumenti bħal dawn, meta rridu nsalvaw il-ħajjiet minn din l-imxija tal-Covid-19, huwa essenzjali li nisimgħu mit-tobba esperti u mhux mill-politiċi.
Fl-istess waqt huwa qal li f’termini ta’ ekonomija, il-politiċi jridu jisimgħu wkoll mill-pariri li jingħataw biex inħarsu l-komunità u l-ħaddiema li jsawruha. Huwa tenna li f’mumenti bħal dawn ma jridx ikun hemm klassi jew individwi li jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni preżenti.
//= $special ?>