Minkejja d-diversi appelli li qed isiru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, ħafna nies għażlu li f’dan it-temp sabiħ joħorġu xorta.
Filfatt fil-bajja tal-Mixquqa (Golden Bay) wieħed seta’ jinnota ammont konsiderevoli ta’ nies li nġabru f’din il-bajja.

L-istess sitwazzjoni ġrat fil-ġżira Għawdxija, fejn kien hemm il-preżenza ta’ diversi persuni fil-bajjiet u l-kampanja.
F’post fuq il-media soċjali, Paul Buttigieg kiteb li l-attitudni ta’ dawn in-nies hija vera egoista hekk kif diversi ħaddiema fil-qasam tas-saħħa qed jassistu lill-pazenti b’tant dedikazzjoni u fl-istess ħin jibżgħu għalihom infushom u l-familjari tagħhom.
Huwa appella biex b’rispett lejna nfusna u lejn kull min qed jissogra ħajtu kull minuta…. kulħadd jibqa’ ġewwa u joħroġ biss għall-bżonn.
