Lokali

Deliveryman tal-ikel misruq f’Ħaż Żabbar

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet il-lejl illi għadda f’Ħaż-Żabbar.

Għall-ħabta tas-1:45am, raġel daħal fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar jirrapporta li kien ġie misruq fi Triq il-Ġiżimina, f’Ħaż-Żabbar stess.

Il-vittma’ spjega kif kien mar bil-mutur tax-xogħol iqassam xi ikel fl-imsemmija triq meta żewġt irġiel ġew għall-ikel u tahom il-kont.

L-irgiel ħarġu arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh il-flus li kellu fuqu. Hekk kif ħadu l-flus, il-ħallelien minnufih ħarbu minn fuq il-post bil-flus kontanti.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.