Coronavirus Futbol Sport

Sir Kenny Dalglish pożittiv għal coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-eks plejer u kowċ ta’ Liverpool, Sir Kenny Dalglish ittestja pożittiv għal coronavirus. Hu ddaħħal l-isptar nhar il-Erbgħa minħabba infezzjoni. Hemmhekk sarlu t-test tal-coronavirus fejn irriżulta pożittiv minkejja li ma kienx qiegħed juri l-ebda sintomi.

Fi stqarrija, Liverpool qalu li Dalglish kien f’isolazzjoni volontarja minn qabel ma rriżulta pożittiv. Liverpool qalu li l-eks kowċ tagħhom xtaq jirringrazzja lill-membri tal-NHS għad-dedikazzjoni u l-għaqal tagħhom filwaqt li talab għall-privatezza tal-familjari tiegħu f’dan il-mumenti. Kenny Dalglish lagħab 355 darba għal Liverpool fejn skorja 118 –il gowl. Hu kkowċja lil Liverpool bejn l-1985 u l-1991 u reġa rritorna bejn l-2011 u l-2012.