Coronavirus Saħħa

Studju jindika li Malta se tilħaq il-quċċata tal-Covid-19 fi żmien ħmistax

Analisti tad-data dwar is-saħħa magħrufa mad-dinja kollha jemmnu li l-peak tal-Coronavirus f’Malta jista’ jintlaħaq fit-22 ta’ April, b’total ta’ 19-il mewta rreġistrati sa Awwissu.

L-Institute for Health Metrics and Evaluation (IHME), ċentru ta’ riċerka tas-saħħa tal-Università ta’ Washington, ħadem tbassir għal diversi pajjiżi billi analizza l-użu tar-riżorsi fl-isptarijiet u l-għadd ta’ mwiet kuljum mistennija fil-ġimgħat li ġejjin.

Skond id-data għal Malta, il-gżira se tilħaq il-quċċata tagħha matul it-tielet ġimgħa ta’ April, meta tmien pazjenti jkunu jeħtieġu kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-isptar (ITU).

Intqal li ċ-ċifra se tibda tonqos madwar l-ewwel ġimgħa ta’ Mejju.

Dwar l-imwiet, ir-riċerkaturi jbassru li l-quċċata se sseħħ madwar l-istess ħin, fit-23 ta’ April, għalkemm l-istudju jissuġġerixxi li xorta waħda se jkun hemm pazjent wieħed li jmut f’dak il-jum.

Ara l-analiżi fuq din il-link.