Futbol Sport

Aubameyang għandu jissieħeb ma’ klabb b’ambizzjonijiet aħjar minn ta’ Arsenal – President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Gabon

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Gabon, Pierre Alain Mounguengui esprima l-opinjoni tiegħu fuq il-captain ta’ Arsenal, Pierre – Emerick Aubameyang. Hu qal dan meta kien intervistat mill-midja internazzjonali fejn kompla li l-plejer mill-Gabon għandu jitlaq lil Arsenal biex jirbaħ l-unuri. Mounguengui kompla li Arsenal huma klabb li għandhom ambizzjonijiet differenti minn dawk tal-aqwa timijiet fl-Ewropa.

Bħalissa għaddejjin numru ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tal-attakkant ta’ 30 sena meta fadallu biss sena fil-kuntratt tiegħu mat-tim ta’ Londra u għadu ma laħaqx ftehim dwar kuntratt ġdid. Aubameyang inaqgħad ma’ Arsenal f’Jannar tal-2018 għas-somma ta’ €63 miljun mingħand Borussia Dortmund. Hu lagħab 75 partita fil-Premier League fejn skorja 49 gowl bil-flokk tal-Gunners.