Internazzjonali

F’ġurnata…aktar minn 900 persuna mietu fir-Renju Unit

Aħbarijiet pożittivi għall-Ispanjoli

Kien Sibt il-Għid ta’ dieqa għall-Ingliżi hekk kif madwar ir-Renju Unit mietu b’kollox 917 bil-marda tal-Coronavirus. Fost il-vittmi fl-Ingilterra, hemm tifel ta’ 11-il sena.

Jidher li fost dawk li mietu kien hemm 33 li ma kellhom ebda kundizzjoni medika magħrufa.

B’hekk issa huma 9,875 it-total ta’ fatalitajiet bil-Covid-19 fir-Renju Unit.

Skont l-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż, is-Sibt kien hemm 78,991 li ttestjaw pożittivi.

Intant, il-vittmi bil-Coronavirus fl-Iżvizzera qabżu l-1,000 persuna…filwaqt li l-imwiet fi Spanja niżlu għall-inqas livelli f’dawn l-aħħar 3 ġimgħat.

Sar magħruf ukoll li pajjiżi bħalli-Indja iddeċiedew li jestendu l-lockdown tagħhom, anke minħabba l-fatt li d-WHO wasslu appell b’saħħtu biex ħadd ma jerħi mir-restrizzjonijiet li hemm imposti.