Numru kbir ta’ persuni ġew innutati li nġabru fi kju quddiem fergħa ta’ bank, bil-maġġoranza assoluta ma jżommux id-distanza mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, kif jixdu r-ritratti.
Fl-isfond ta’ dan, numru ta’ pulizija marru fuq il-post fejn ferxu l-ġemgħa ta’ nies.
F’diversi lokalitajiet oħra kienu wkoll innotati numru ta’ nies miġburin fl-istess post.
Dan filwaqt li l-Professur Charmaine Gauci kompliet bl-appelli tagħha biex kemm jista’ jkun in-nies ma joħorġux ħlief għal affarijiet essenzjali.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>





