Għawdex Lokali

AĠĠORNATA: Nirien fil-Housing Estate tar-Rabat Għawdex

Ritratt: Arkivji

Ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu fiz-zona taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex wara rapporti ta’ splużjoni ta’ karozza f’garaxx. Għalkemm aktar tard kelliem għall-Pulizija fisser ma’ NET NEWS li n-nar ma kienx marbut mal-karozza li kien hemm fil-garaxx.

Jista’ jkun li l-ħoss li semgħu n-nies kien tat-tyres tal-vettura li splodew.

In-nar żviluppa għall-ħabta tas-5:50pm, fejn mal-ewwel ġew evakwati l-persuni li joqgħodu fl-appartamenti fuq dan il-garaxx.

Numru ta’ residenti ħarġu fit-triq eżatt malli semgħu l-ħoss tal-isplużjoni.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

https://www.facebook.com/NetNewsMalta/posts/10158606424764026