Coronavirus Lokali Transport

Il-qbil tal-cabin crew għall-Air Malta issa ma jgħoddx

Is-sensji tal-ħaddiema tal-Air Malta jibqgħu fis-seħħ jekk ma jintlaħaqx ftehim dwar is-salarji wara l-COVID-19

Fi stqarrija tard is-Sibt filgħaxija, l-Air Malta qalet li l-qbil li ntlaħaq dwar tnaqqis fis-salarji għal €1,200 fil-Union tal-Cabin Crew huwa għalxejn għaliex trid tilħaq ftehim ġdid permanenti dwar is-salarji wara li tgħaddi l-pandemija tal-COVID-19.

Għalhekk, is-sensji li avżat bihom lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi jibqgħu fis-seħħ diment li t-talbiet tal-Air Malta dwar pakkett finanzjarju ġdid jintlaħaq tul il-perjodu ta’ 4 ġimgħat ta’ konsultazzjoni. Dan qed titolbu għaliex qalet li l-kumpanija trid tkun sostenibbli u vijabbli ‘l quddiem.

Fl-istqarrija, l-Air Malta saħqet li issa m’għandhiex fiduċja tinnegozja mal-union tal-cabin crew, li tirrappreżenta l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ abbord, għaliex qalet li ma tikkooperax.