Sfortunatament dalgħodu tħabbret it-tielet fatalità f’pajjiżna kawża tal-COVID-19.
Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa bil-vittma hu anzjan ta’ 84 sena li ddaħħal l-isptar Mater Dei ilbieraħ, fejn sarlu test għall-coronavirus li rriżulta pożittiv. Il-kundizzjoni tal-anzjan, li kien ibati b’kundizzjonijiet oħrajn tas-saħħa, baqgħet sejra lura. Huwa miet fl-Isptar Mater Dei dalgħodu.
Dan huwa każ ieħor fejn persuna anzjana tilfet ħajjitha u kienet pożittiva għal-COVID-19, għaldaqstant l-awtoritajiet mill-ġdid qed jappellaw biex jiġu segwiti l-appelli tagħhom kollha għaliex hekk biss jiġu protetti l-anzjani u l-persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.