Ix-xogħol f’Townsquare Tas-Sliema se jiġi sospiż b’rispett għar-residenti li minħabba l-pandemija ta’ COVID-19 jinsabu f’iżolament fi darhom.
Skont kelliem għal Townsquare Sliema, fil-ġimgħat li għaddew ix-xogħol kien diġa tnaqqas, bl-attività tinkludi minn dak essenzjali biex ix-xogħol jibqa’ għaddej. Issa li dan ix-xogħol kważi tlesti u l-pass li jmiss hu li jsir l-iskavar, ittieħdet deċiżjoni li dan ma jsirx sakemm pajjiżna jibqa’ għaddej minn dan iż-żmien.
“Nifhmu li ġirin tagħna jinsabu f’iżolazzjoni u b’hekk jekk jitkompla x-xogħol se jkun qed iżid l-istress f’din is-sitwazzjoni diffiċli,” qal il-kelliem Townsquare Sliema.
Il-kuntrattur ta’ dan ix-xogħol, Polidano Brothers Ltd. qablu ma’ din it-talba li saritilhom hekk kif għarfu l-isfidi f’dawn iċ-ċirkustanzi. Ix-xogħol se jkun qed jitkompli meta s-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar.
//= $special ?>

