Coronavirus Sport

L-organizzaturi tat-Tour de France qed iħarsu lejn il-posponiment minflok jikkanċellaw l-avveniment

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-organizzaturi tat-Tour de France qed iħarsu li jipposponu dan l-avveniment minflok jikkanċellawh minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

l-organizzaturi ta’ dan it-Tour naqsu milli jikkonfermaw dan. Il-posponiment ta’ dan l-avveniment, li hu meqjus bħala l-iktar prestiġjuż joħloq sfida akbar minħabba n-numru ta’ kompetituri, sponsors u loġistika. L-ICU qalet li meta se jiġu biex jirrivedu l-isked tal-avvenimenti se jkunu qed jagħtu importanza lit-tours li jsiru fi Franza, fl-Italja u fi Spanja meqjusa bħala l-aktar prestiġjużi. Sa minn meta nbeda, it-Tour de France ġie kanċellat darbtejn biss, fil-perjodu taż-żewġ gwerer dinjiji.